Lokali

Il-Kap tal-PN Simon Busuttil jieħu sehem fil-kampanja ‘Making Malta Great’

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil qed jieħu sehem fil-kampanja organizzata minn 89.7 Bay bit-tema ‘Making Malta Great’.

Fil-messaġġ qasir tiegħu, Simon Busuttil sostna li pajjiżna huwa pajjiż mill-isbaħ, u hija dik ir-raġuni għalfejn it-turisti jiġu Malta. Hu qal li rridu naħdmu biex aktar turisti jiġu f’pajjiżna, fost l-oħrajn billi nieħdu ħsieb l-ambjent u s-saħħa tagħna, kif ukoll billi norganizzaw aħjar i t-traffiku f’pajjiżna.

Tista’ ssegwi l-messaġġ tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista f’dan il-link: https://www.facebook.com/EightNinetySeven/videos/10155245488193747/