Id-Dipartiment tas-Saħħa fl-Istat Amerikan ta’ Florida qed jinvestiga każ ieħor taz-Zika li, din id-darba, qed ikun assoċjat ma’ persuna residenti f’West Palm Beach County.
Il-Gvernatur ta’ Florida, Rick Scott, qal, intant, li l-Uffiċjali tal-Istat għadhom jemmnu li z-zona tat-trasmissjoni attiva għall-virus qed tkopri tliet kilometri kwadri madwar Wynwood, fl-inħawi ta’ Miami, lejn it-Tramuntana.
Ir-rapporti qalu li l-persuna infettata ‘ivvjaġġat lejn iz-zona ta’ Miami fl-aħħar jiem’. Dan wara li s-Centers for Disease Control and Prevention fl-Istati Uniti ħarġu twissija dwar l-ivvjaġġar għan-neighbourhood inkwistjoni, b’aċċenn partikulari għan-nisa tqal.
Il-virus taz-Zika magħruf li jikkaġuna difetti serji tat-twelid (proċess magħruf bħala microcephaly) li jwassal biex it-trabi jitwieldu b’ras ħafna iżgħar min-normal.
Sal-lum kienu kkonfermati madwar 16-il każ ta’ ‘trażmissjoni lokali’ taz-Zika f’Miami, bl-awtoritajiet fi Florida jużaw il-miżuri għal kontra n-nemus (li jġorr dan il-virus) u biex jeliminaw għadajjar tal-ilma qiegħed fl-inħawi fejn ibejtu n-nemus.
//= $special ?>