L-imħallef federali, fl-Istati Uniti, li mexxa l-proċess tal-qorti dwar il-copyright għall-kanzunetta famuża ta’ Led Zeppelin, Stairway to Heaven, irrifjuta l-każ li ressqu l-membri tal-grupp biex jirkupraw madwar 620,000 sterlina fi spejjeż.
Waqt li l-leġġendi tal-mużika rock ma nstabux ħatja ‘li ħadu l-idea mużikali ta’ ħaddieħor u għaddewha bħala tagħhom (b’assoċjazzjoni ma’ Stairway to Heaven), l-imħallef li ħa ħsieb il-każ qal li ‘l-proċess ma tressaqx għal xi raġuni frivola’.
L-akkuża oriġinali xliet lill-membri ta’ Led Zeppelin, Robert Plant u Jimmy Page, li ‘serqu s-sigla tal-ftuħ’ tal-kanzunetta strumentali Taurus li l-grupp Spirit kien ħareġ fl-1968 u użawha għal Stairway… li ħarġet tliet snin wara.
Filwaqt li l-akkuża kienet waqgħet f’Ġunju li għadda, l-imħallef, issa, qal li mhemmx provi li r-rappreżentanti tal-ekskitarrist ta’ Spirit, Randy Wolfe (li miet fl-1997), kellhom ‘intenzjoni kriminali jew ħażina’. Għaldaqstant kien deċiż li t-trust ta’ Wolfe mhix obbligata li tħallas l-ispejjeż legali ta’ Led Zeppelin.
//= $special ?>