Futbol Sport

Manchester City jakkwistaw lil John Stones

Manchester City u Pep Guardiola komplew isaħħu l-iskwadra hekk kif akkwistaw lid-difensur internazzjonali Ingliż John Stones mingħand Everton. Dan l-akkwist sar b’mod differenti hekk kif kienet is-sit uffiċjali tal-UEFA li niżżlet lil John Stones fl-iskwadra ta’ City.

Ħafna saqsew dwar din il-lista u ftit sigħat wara ħarġet l-uffiċjalità tal-akkwist ta’ Stones. Id-difensur Ingliż iffirma kuntratt ta’ sitt snin u se jieħu n-numru 24.  Dan hu t-tmien akkwist ta’ City wara Ilkay Gundogan, Nolito, Aleksandar Zinchenko, Aaron Mooy, Leroy Sane, Gabriel Jesus u Marlos Moreno.