Marsascala Nutrition Empire kisbu t-tielet rebħa staġjonali fuq Ta’ Xbiex Amigos meta rebħu 14-13 f’partita bilanċjata. Il-gowl rebbieħ wasal 2.7 sekondi mit-tmiem permezz ta’ Clyde Bonello wara li ħadu vantaġġ malajr minn tkeċċija ta’ Adam Maklari.
Bil-kampjonat diġà deċiż, Marsascala riedu jassiguraw it-tieni post u prattikament assigurawh hekk kif jinsabu sitt punti fuq l-istess Ta’ Xbiex b’żewġ partiti għal tmiem il-kampjonat.
//= $special ?>