It-tieni partita kienet aktar bla storja hekk kif Marsaxlokk Fischer ftit sabu biex jegħlbu lit-tim tal-qiegħ Otters Nivea 21-8. Ix-Xlukkajri diġà huma matematikament Champions wara li rebħu l-partiti kollha tagħhom filwaqt li t-tim Għawdxi għadu qed ifittex l-ewwel punt.
Marsaxlokk rebħu kull sessjoni mingħajr diffikultà bil-veteran Karl Galea jispikka b’sitt gowls filwaqt li s-Serb Ivan Vuksanovic kompla jżid mal-gowls tiegħu b’ħamsa oħra. Għal Otters erba’ plejers skurjaw doppjetta.
//= $special ?>