It-trasferiment ta’ Paul Pogba minn Juventus għal ma’ Manchester United ġie konfermat ftit wara is-1:30am. Forsi biex jagħmel impatt fl-Istati Uniti. Jew forsi biex ikun ‘sorpriża’ għal dawk is-sostenituri tar-Red devils illi dalgħodu qamu u raw ir-ritratt tant mistenni – Pogba bil-flokk aħmar!
Pogba iffirma ma’ Manchester United għal ħames snin. Dan it-trasferiment fisser illi Juventus daħħlu fil-but ‘il fuq minn €105 miljun.
Mal-konferma li t-trasferiment ġie finalizzat, mal-ewwel bdew ir-reazzjonijiet anke f’pajjiżna.
Diversi supporters ta’ Juventus irringrazzjaw lil Pogba għas-servizz kbir li ta lill-klabb. Iżda oħrajn huma urtati għax skont huma l-midfielder Franċiż ra biss il-flus.
Minn naħa tagħhom supporters ta’ United qed jgħidu illi din is-somma ma tfisser kważi xejn għall-klabb ta’ Manchester għaliex fi żmien sentejn “jagħmlu tajjeb il-flus li jidħlu mill-bejgħ tal-flokkijiet”.
//= $special ?>