Għalkemm xi siti fuq l-internet qed jirrappurtaw li illejla tista’ tagħmel ix-xita, kollox jindika li t-temp se jikrieħ xi ftit, iżda ċ-ċand li tagħmel xita huwa minimu.
L-Uffiċċju Meterjoloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qed jgħid li illum it-temp se jkun xemxi bi ftit sħab u r-riħ moderat mill-Majjistral għal ftit qawwi f’xi waqtiet, li jsir ħafif mill-Punent sa tard filgħaxija. Għada imbgħad, it-temp mistenni jkun imsaħħab, imma ma tissemmiex xita.
It-temperaturi mistennija jvarjaw bejn 32 u 33 grad Celcius.
//= $special ?>