Lokali Unjoni Ewropea

Roberta Metsola fost l-20 żagħżugħa fid-dinja bl-aktar impatt pożittiv

Il-Membru Parlamentari Ewropew f’isem il-Partit Nazzjonalista Roberta Metsola intagħżlet mill-Assoċjazzjoni Internazzjonali taż-Żgħażagħ (JCI) bħala waħda mill-aktar 20 persuna żagħżugħa fid-dinja li ħalliet impatt pożittiv. Hi ntagħżlet għall-ħidma tagħha fil-Parlament Ewropew b’risq il-poplu Malti u Għawdxi.

Fuq Facebook, Metsola esprimiet is-sodisfazzjon tagħha għal dan il-premju, filwaqt li talbet l-appoġġ ta’ dawk li jsegwuha biex jivvutaw ħalli isimha jitla’ mal-ewwel 10 tal-lista minn madwar id-dinja. L-MEP sostniet li għaliha, il-fatt li hi minn Malta jagħmel dan il-premju aktar prestiġġjuż, hekk kif ma tantx hu komuni li isem ta’ persuna Maltija jispiċċa f’lista bħal din.

Il-JCI hi għaqda non-governattiva magħmula minn persuni ta’ bejn it-18 u l-40 sena, impenjati li joħolqu impatt b’risq il-komunitajiet fejn jgħixu.

Min jixtieq jivvota biex Roberta Metsola tkun mal-ewwel 10 f’din il-lista, jista’ jagħfas hawn.