L-eks Segretarju Ġenerali tal-GWU Toni Zarb se jkun qed iservi ta’ konsulent part time mal-Ministru Konrad Mizzi. Dan kien konfermat ma The Malta Independent minn kelliem għall-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
The Malta Independent qalet li meta pruvat tagħmel kuntatt ma Toni Zarb, dan ma weġibhomx u nsista li t-tweġiba tingħata mill-uffiċċju tal-Prim Ministru. Hu saħaq li ma għandu ebda kuntratt mal-OPM imma fi tweġiba lil ngħatat lil dan il-ġurnal, l-uffiċċju tal-Prim Ministru qal li n-negozjati ma Toni Zarb għadhom għaddejin u għalhekk ma hemmx kuntratt.
Toni Zarb Ma baqax fil-kariga ta’ Segretarju Ġenerali f’Ottubru li għadda u minfloku inħatar Josef Bugeja. Kariga li kien ilu jokkupa għal sittax-il sena.
Issa Toni Zarb se jkun qed iservi lill-Ministru li kien parti mill-iskandlu tal-Panama Papers, fejn kien żvelat li Mizzi kellu kumpanija Sigrieta fil-Panama, l-istess bħaċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri.
//= $special ?>