Ammirall Tork talab għal kenn politiku fl-Istati Uniti wara li l-uffiċjali Torok fost l-oħrajn qalu li kien imdaħħal fl-attentat ta’ kolp ta’ stat .
Mustafa Ugurlu kien fuq xogħol fil-bażi tan-NATO f’Virginia meta seħħ l-attentat ta’ kolp ta’ stat.
Wara l-attentat ta’ kolp ta’ stat fil-15 ta’ Lulju, il-Gvern Tork arresta eluf kbar ta’ Torok bil-militar ikun il-mira ewlenija. Diġà hemm mal-100 ġeneral Tork li kienu akkużati li kienu parti minn dan il-kumplott li t-Turkija tgħid kien pjan ta’ reliġjuż Tork eżiljat fl-Istati Uniti
Ugurlu kien għeb fit-22 ta’ Lulju u issa uffiċjali Amerikani qalu li ammirall Tork kien talab kenn fl-Istati Uniti u l-midja Torka qalet li dan kien Ugurlu.
Ammirall Tork jitlob kenn politiku fl-Istati Uniti
