Għajnejn id-dilettanti sportivi Maltin – iżda mhux biss – illum tkun fuq Rio l-Brażil hekk kif it-tiratur Malti William Chetcuti se jkun qed jirrapreżenta lil Malta fil-kompetizzjoni tad-Double Trap tal-Isparar.
Din se tkun ir-raba’ darba li Wiliam Chetuci se jkun qed jieħu sehem fl-Olimpjadi tas-Sajf, wara riżultati inkoraġġanti fit-tliet edizzjonijiet ta’ qabel.
Fl-2004 fil-Greċja, spiċċa fis-sitt post fil-kwalifikazzjoni, u fid-disa’ post fis-shoot off. Erba’ snin wara, fl-2008, f’Beijing, Chetcuti reġa’ spiċċa fis-sitt post fil-kwalifikazzjoni u fit-tmien post fis-shoot off. Erba’ snin ilu, imbagħad, f’Londra fl-2012, spiċċa fid-disa’ post.
Ftit tal-ġimgħat ilu, f’Ġunju li għadda, William Chetcuti rebaħ il-medalja tad-deheb fit-Tazza tad-Dinja tad-Double Trap li saret fl-Ażerbajġan.
Id-Double Trap tibda fis-2:00pm. Jekk William Chetcuti jgħaddi għas-semifinali, jkun imissu jispara fit-8:00pm tal-lejla.
Il-Malti jgħid “fuq tlieta toqgħod il-borma”…. forsi ma tafx kif, din id-darba l-medalja tasal mar-raba’ darba. Awguri William – Malta warajk!
Fi tweet, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil awgura suċċess lil William Chetcuti. “Ninsabu kollha warajk” qal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista fil-messaġġ tiegħu.
//= $special ?>Good luck William! We are all behind you. @Rio2016_en https://t.co/Dy5W2OiB7m via @netnewsmalta
— Simon Busuttil (@SimonBusuttil) August 10, 2016