Kultura

Preżentatrici ta’ Net TV tippreżenta ġewwa r-Rumanija

Il-festival internazzjonali tal-kant ‘Music For Kids’ huwa wieħed mill-ikbar fil-qasam mużikali Rumen. Din is-sena għall-ewwel darba intagħżlet preżentatriċi Maltija biex tippreżenta l-festival bejn l-10 u l-14 ta’ Awwissu.

Francesca Zarb, ġiet mistiedna tippreżenta l-festival mill-organizzaturi sentejn ilu meta dawn kienu preżenti waqt festival li kien qed jittella’ Malta minn Stardust Promotions.

Madanakollu l-arranġamenti kellhom jiġu posposti hekk kif Francesca kellha diġa pjanat żmien ta’ studju gewwa l-kapitali Irlandiza fis-settur tal-ligi kummercjali fl-istess granet.

palas-iasi

Din hija s-seba’ edizzjoni li ser titella’ u mistenni jkun hemm pajjiżi differenti inklużi l-Istati Uniti, Franza, l-Italja u anke Malta li ser jikkompetu tul l-erbat ijiem li fuqu jittella’ dan il-festival. Il-festival ser jittella’ fil-ġnien ta’ Palazz fil-belt ta’ Iasi.

Francesca Zarb ippreżentat il-programm Big Time fuq NET TV għal sentejn sħaħ u anke qabel il-programm Teeny Break fuq l-istess stazzjon. Hija studenta tal-liġi fir-raba’ sena u minn Settembru li ġej ser tqatta’ xi xhur Franza biex tkompli tavvanza fil-qasam akkademiku fejn ġiet aċċettataha f’Universita` Franċiża.