Ritratti li telgħu fuq Facebook juru kif madwar l-Imsida hemm problema kbira ta’ ġbir ta’ skart. Fiflatt, ir-residenti li joqgħodu f’dawn l-inħawi xebgħu mis-sitwazzjoni preżenti tal-ġbir tal-iskart, u kellhom iwasslu l-messaġġ tagħhom fuq il-media soċjali biex tittieħed azzjoni.
Resident partikolari rrefera għal din ix-xena ta’ boroż tal-iskart madwar l-Imsida kollha bħala ‘dumping site’, iġifieri post fejn jinġabar u jintefa’ l-iskart. Il-problema tidher li hi mxerda mal-Imsida – partikolarment fl-akwati tal-Universita’ u l-Imsida Circus.
Huma appellaw sabiex kemm l-awtoritajiet responsabbli, kif ukoll il-Kunsill Lokali tal-Imsida, jieħdu azzjoni dwar dan il-każ – minħabba li din is-sitwazzjoni jista’ jkollha impatt kbir fuq l-estetika tal-Imsida pero aktar u aktar dwar kwistjonijiet ta’ saħħa.