Matul il-ġurnata tal-Erbgħa, il-Pulizija Ġermaniża wettqet diversi rejds kontra t-terroriżmu. Dan wara l-arrest ta’ refuġjat Sirjan li hemm suspetti li kien qed jaħmi pjan biex jitwettaq attentat fil-bidu tal-kampjonat tal-football Ġermaniż, il-Bundesliga.
Ir-rejds kienu konċentrati fl-istati tan- Nord Rhine-Westphalia u l-Lower Saxony. Mira ewlenija kienu tliet reliġjużi Musulmani suspettati li kienu jappoġġjaw l-ISIS.
Tard it-Tlieta, fl-istat ta’ Rhineland-Palatinate, refuġjat Sirjan ta’ 24 sena kien arrestat minħabba akkużi ta’ terroriżmu. B’rabta mal-istess investigazzjoni, il-Pulizija Ġermaniża lbieraħ arrestat raġel ieħor f’Dinslaken.
Il-Ġermanja tinsab fuq livell għoli ta’ allert wara sensiela ta’ attakki f’Lulju li ħallew 15-il persuna mejta, fosthom erba’ li wettqu l-attakki. Tnejn minn dawk li wettqu l-attakki kienu talbu kenn fil-Ġermanja.
Rejds madwar il-Ġermanja kontra t-terroriżmu
