Internazzjonali

Theddid ta’ bombi fuq żewġ ajruplani fi triqithom lejn Brussell

e

Rapporti mhux konfermati qed jgħidu li fl-aħħar ħin kien hemm rapporti ta’ theddid ta’ bombi fuq żewġ ajruplani li kienu mistennija jinżlu fl-ajruport ta’ Zaventem fi Brussell.

Skont l-ewwel informazzjoni, l-allert tal-attakki abbord l-ajruplani ġew ikkomunikati mill-ajruplan għall-Air Traffic Control. Skont il-media Belġjana, wieħed mill-ajruplani hu tal-linja tal-ajru SAS Airlines u kien ġej fi triqtu minn Oslo fin-Norveġja.

Inzerta li abbord wieħed mit-titjiriet kien hemm il-ġurnalist Belġjan Bart Raes, fuq Twitter qal li l-pilota daħal fil-kabina tiegħu 20 minuta qabel l-inżul – fejn il-pilota qal li jista’ jkun li hemm bomba abbord l-ajruplan.

Skont l-istess sorsi, l-bdot talab lill-kulħadd jibqa’ f’postu sakemm stennewgħal madwar 10 minuti fejn sar inżul b’mod sigur. Il-ġurnalist Belġjan qal li l-ajruplan niżel fl-ajruport u li issa jinsab fis-sala tal-wasliet tal-ajurport ta’ Zaventem.

L-ajruplan l-ieħor, li hu tal-linja Marrokina Air Arabia Maroc, hu mistenni li jaħmel l-inżul ta’ emerġenza tiegħu wara li biddel ir-rotta lejn il-belt Franċiża ta’ Toulouse.

Kelliem għall-prosekutur federali, Eric Van der Sypt qal li t-theddida ta’ bomba kien waħda serja, tant li kellhom jittieħdu dawn il-miżuri.

L-ajruport ta’ Zaventem huwa l-istess wieħed li fih kien seħħ attakk terroristiku f’Marzu li għadda, liema attakk ħalla diversi persuni mejta u għexieren midruba.

(Ritratt: Arkivji)