Internazzjonali

Traġedja fi sptar f’Bagdad

Hemm xokk f’Baghdad, il-kapitali tal-Iraq, fejn it-traġedji komplew jiżdiedu. Dan wara li matul il-lejl bejn it-Tlieta u l-Erbgħa tilfu ħajjithom 11-il tarbija tat-twelid. Dan wara li nar ħakem it-taqsima tal-maternità. L-indikazzjonijiet huma li din it-traġedja ma kellha x’taqsam xejn mal-gwerra li jinsab fiha l-pajjiż, imma kienet ikkaġunata minn ħsara fis-sistema tal-elettriku fil-bini. Kien hemm ukoll 29 mara u seba’ trabi oħra li kienu salvati min-nar, b’xi wħud min-nisa jkollhom bżonn kura minħabba d-dħaħen li belgħu u l-feriti li sofrew.
B’kollox is-servizzi tal-emerġenza damu tliet sigħat biex ikkontrollaw in-nirien.