L-organizazzjoni internazzjonali ‘Transparency International’ ma daritx mal-lewża meta fuq twitter qalet li Malta jeħtieġ li tnaddaf il-mandra ta’ korruzzjoni li teżisti fil-pajjiż.
“Malta needs to clean up its corruption mess” kitbet l-organizazzjoni internazzjonali. Dan għandu jsir, kompliet tgħid Transparency International, qabel ma l-pajjiż jieħu f’idejh il-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
Transparency International twaqqfet fl-1993 bil-għan li tiġġieled il-korruzzjoni u tipprevjeni l-attivitajiet kriminali madwar id-dinja, fosthom attivitajiet ta’ ħasil ta’ flus. Minn żmien għal żmien, Transparency International toħroġ lista bl-indiċi tal-korruzzjoni f’kull pajjiż.
Fl-2017, Malta se tkun qed tieħu f’idejha l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għal sitt xhur sħaħ. Ilbieraħ, is-sit awtorevoli ‘Politico.com’, li hu bbażat fi Brussell, ippubblika kummenti ta’ Membri Parlamentari Ewropej li esprimew id-dubju tagħhom dwar kemm pajjiżna se jkun jista’ jiġġieled il-ħasil tal-flus fid-dawl tal-iskandlu tal-Panama u l-involviment ta’ Konrad Mizzi u Keith Schembri, li fetħu kumpaniji sigrieti fil-Panama biex fihom jitfgħu is-senserija.
//= $special ?>#Malta needs to clean up its #corruption mess before it heads the Council of the EU next year! https://t.co/sOPQ8mqvxd
— Transparency Int'l (@anticorruption) August 9, 2016