Żewġ persuni weġġgħu kawża ta’ splużjoni. L-inċident seħħ f’residenza fi Triq it-Troll l-Imqabba, għall-ħabta tal-4:15 ta’ dalgħodu. Skont stqarrija tal-Pulizija l-ispluzjoni seħħet kawża ta’ ċilindru tal-gas. Iż-żewġ persuni li weġġgħu huma anzjan ta’ 77 sena u anzjana ta’ 71 sena li t-tnejn joqogħdu fir-residenza fejn seħħet l-isplużjoni.
Mill-ewwel fuq il-post waslet ambulanza li ħadet liż-żewġ anzjani l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn ir-raġel ġie ċċertifikat li qiegħed f’qagħda kritika filwaqt li l-mara ġarrbet ġrieħi ħfief.
Waslu wkoll mill-ewwel fuq il-post Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr G Vella li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>