Numru ta’ Beltin ilmentaw dwar is-sitwazzjoni diżastruza li jinsab fih il-baħar tal-Foss tal-Belt Valleta. Għal dawn l-aħħar xahrejn l-inħawi tal-Foss u l-baħar ta’ wara l-moll kienu mifnija b’riħa qawwija tad-dranaġġ hekk kif għal dawn il-ġimgħat id-dranaġġ kien u għadu ħiereġ fil-baħar.
Dan l-istazzjon ħa l-kumment ta’ persuna li jinżel ta’ spiss fiż-żona, kemm mal-familja u kif ukoll biex jistad, fejn qalilna aktar dwar dan.
Ma’ dawk li tkellimna qalulna li qed isibuha diffiċli biex anke joħorġu bid-dgħajjes biex jistadu hekk kif huma konxji tal-fatt tal-mard u infezzjonijiet li jġib miegħu id-dranaġġ. Huma qalulna wkoll li din il-problema tikkonċerna s-saħħa tal-Beltin u ta’ dawk li jmorru fiż-żona hekk kif għalkemm huma għamlu l-appelli lill-awotoritajiet konċernati xorta waħda l-problema baqgħet tippersisti fil-baħar ta’ dawn l-inħawi tal-Belt Kapitali.
Individwu ieħor qalilna li din il-problema ilha tippersisiti għal numru ta’ snin, hekk kif meta tkellmu mal-awtoritajiet, l-awtoritajiet dejjem tawhom x’jifmhu li din il-problema għandha x’taqsam ma’ overflow tad-dranaġġ fiż-żona u li din il-problema ma tirrikjedix manutenzjoni f’kanna tad-dranaġġ waħda iżda manutenzjoni jew tranġar fis-sistema kollha taż-żona.
//= $special ?>