Ħaddiem ta’ 44 sena min-Nadur Għawdex sofra feriti gravi wara li waqa’ minn għoli ta’ madwar sular waqt li kien qed jagħmel xi xogħol f’sit ta’ kostruzzjoni fis-Swieqi. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-10.30am, waqt li r-raġel kien qed jaħdem fi Triq Uqija.
Fil-post issejħu l-Pulizija u tim mediku mill-Isptar Mater Dei. Wara li ngħata l-ewwel kura fil-post, hu ttieħed l-isptar għal aktar kura. Hemm, hu kien iċċertifikat li qed isofri minn feriti gravi, iżda fortunatament ma jinsabx fil-periklu li jitlef ħajtu.
Il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-każ.
//= $special ?>