Id-dgħajjes li jintużaw għall-party boats li tant huma popolari maż-żgħażagħ li qed iżuru Ibiza qed ikunu suġġetti għal miżuri ta’ kontroll, fosthom rejds tal-pulizija li jridu jrażżnu ‘l-imġiba esaġerata taż-żgħażagħ’ u jsibu tarf tal-operaturi mingħajr liċenzja.
Dan hu tentattiv ieħor mill-awtoritajiet biex ‘inaddfu’ l-industrija tat-turiżmu, bl-uffiċjali tal-Gwardja Ċivili Spanjola qed jikkonċentraw fuq party boats madwar Ibiza u Mallorca fost it-tfittxijiet għad-droga u analiżi tat-tagħmir għal sigurtà fuq l-istess dgħajjes.
Intant, il-kaptani u l-ekwipaġġ tal-party boats qed ikunu suġġetti għal proċeduri ta’ breathalyzing waqt li għaddejjin ukoll testijiet għal noise levels fuq dgħajjes li saru jixbħu ‘diskoteka fuq il-baħar’. L-operaturi, intant, qed jiffaċċjaw multi kbar u anki jistgħu jitilfu l-liċenzja għalkollox f’każ li jinqabdu qegħdin jabbużaw mir-regolamenti.
Kontrolli akbar fi Spanja fuq il-‘party boats’
