Internazzjonali

Splużjonijiet f’resort fit-Tajlandja

Rapporti mit-Tajlandja, li daħlu l-Ħamis filgħaxija ħin ta’ Malta, qalu li żewġ bombi splodew fir-resort ta’ Hua Hin viċin Bangkok, fejn inqatlet persuna b’tal-anqas 12-il persuna jindarbu – inklużi turisti barranin. Madanakollu – l-awtoritajiet qalu li hemm aktar bombi koordinati li splodew wara din b’total ta’ 8 bombi madwar it-Tajlandja kollha.

Il-bombi kienu moħbijin fi qsari u r-rapporti qalu li kienu attivati minn telefons ċellulari.

L-ebda grupp ma ħa responsabbilta’ għal dan l-att makabru – iżda l-ewwel suspetti waqgħu fuq separatisti tal-lokal stess.

Splużjonijiet bħal dawn huma komuni fil-provinċji Tajlandiżi tan-Nofsinar li ilhom l-aħħar 12 il-sena jġarrbu l-azzjonijiet minn separatisti armati. Intant, attakki bħal dawn huma pjuttost rari qalb iz-zoni turistiċi tat-Tajlandja.