Il-Gvern Awstraljan imblokka investiment ta’ aktar minn seba’ biljun dollaru li kien se jsir minn investituri Ċiniżi fis-sistema tal-provista tal-elettriku fil-pajjiż.
Fi stqarrija, Scott Morrison, il-Ministru tat-Teżor, qal li l-proposta ta’ investiment Ċiniż kienet tmur kontra l-interess nazzjonali Awstraljan.
Żewġ kumpaniji s-State Grid Corp miċ-Ċina u l- Cheung Kong Infrastructure Holdings (CKI) bażata f’Hong Kong, kienu qed jippruvaw jixtru sehem ta’ 50.4 fil-mija għall-valur ta’ 7.4 biljun dollaru fl-Ausgrid, is-sistema ta’ distribuzzjoni tal-elettriku fl-Istat ta’ New South Wales.
Dan l-iżvilupp seħħ hekk kif ir-Renju Unit kien pospost l-approvazzjoni tal-proġett għall-enerġija nukleari ta’ Hinkley Point u li fih hemm sehem tal-General Nuclear Power Corporation Ċiniża għal raġunijiet simili.
Imblokkat investiment Ċiniż fil-provista tal-elettriku Awstraljana
