Iċ-ċiklist Hilary Galea-Lauri nhar is-Sibt 13 t’ Awwissu, se jaqsam it-tul ta’ Wales f’ġurnata waħda fuq ir-rota tiegħu.
Fuq medda ta’ 300 kilometru, il-vjaġġ ser jinkludi xi għoljiet impressjonanti, u ċ-ċiklist ser isuq minn Caernarfon għal Chepstow, u jgħaddi minn Llanberis u Gospel Pass. Din ir-rikba mhix l-eħfef waħda fuq il-kalendarju tiegħu, iżda din hija parti mit-tħejjija ta’ Hilary għall-isfida tiegħu fuq ir-rota fl-2017 tul l-Istati Uniti biex jgħin lill-Fondazzjoni Inspire.
Is-sena d-dieħla, Hilary, qed jippjana rikba epika mal-kosta tal-Punent tal-Istati Uniti mill-Kanada sal-Fruntiera tal-Messiku. Dan il-vjaġġ ser jibda minn Seattle u b’medja ta’ madwar 100 kilometru kuljum, Hilary ser jivjaġġa t-tul tal-Istati Uniti (aktar minn 2,500 kilometru) f’4 ġimgħat tul uħud mill-isbaħ kosti fid-dinja, sal-bajjiet kollha palm tul il-fruntiera tal-Messiku. Għal darb’oħra, Hilary ser jiġbor fondi għall-Inspire.
Is-sena l-oħra, Hilary ġabar aktar minn €14,000 għall-Inspire.
Kull min jixtieq jgħin lil Hilary jista’ jikkuntattja lilu jew lill-Inspire fuq hilarygalea.lauri@gmail.com.
//= $special ?>