Internazzjonali

Ebda indikazzjoni ta’ terroriżmu internazzjonali fl-attentati tat-Tajlandja

epa05476182 Thai rescue workers attend to an injured victim following a bomb attack at the city clock tower in the center of Hua Hin, Thailand, 12 August 2016. A series of bombing attacks in the resort city of Hua Hin killed at least two people and more than 20 people injured including foreign tourists. EPA/RUNGROJ YONGRIT

L-awtoritajiet Tajlandiż huma tal-fehma li m’hemmx rabta mat-terroriżmu internazzjonali fis-ensiela ta’ splużjonijiet li laqtu resorts turistiċi popolari u li kkawżaw il-mewt ta’ erba’ persuni, b’għexieren oħra jisfaw midruba.
Tal-anqas erba’ bombi splodew fil-belt ta’ Hua Hin waqt li l-gżira ta’ Phuket, li hi waħda mill-aktar destinazzjonijiet magħrufa fit-Tajlandja, theżżet, ilbieraħ, minn splużjonijiet oħra.
Is-suspett jidher li waqa’ fuq il-militanti separatisti fil-pajjiż.
F’dawn is-sitwazzjonijiet, l-aggressuri dehru qed jikkonċentraw fuq zoni turistiċi.
Mietet anki persuna waqt żewġ splużjonijiet f’Surat Thani, b’żewġ splużjonijiet oħra jolqtu l-belt turistika ta’ Patong fuq il-gżira ta’ Phuket.
Splużjoni oħra, din id-darba, fi Trang, ħalliet, almenu, persuna mejta waqt li seħħew ukoll l-isplużjonijiet fil-provinċja ta’ Phang Nga.
Il-Pulizija qalu wkoll li arrestaw xi suspettati.
Jekk ikun ikkonfermat li r-ribelli li qed imexxu rewwixta fin-nofsinhar tat-Tajlandja huma responsabbli għall-aħħar attakki, is-sitwazzjoni għandha tikkonferma bidla sinifikanti fit-tattiċi tagħhom. Il-konflitt ta’ 12 il-sena f’dik iz-zona ħalliet ’il fuq minn 6,000 mejtin iżda, s’issa, qatt ma kien immirat għat-turisti.