Internazzjonali

Elezzjoni bikrija fl-Iżlanda minħabba l-Panama Papers

L-Iżlanda ħabbret li se ssir elezzjoni bikrija għall-Parlament, b’konsegwenza tal-iskandlu tal-Panama Papers li, xhur ilu, kien wassal għar-riżenja tal-Prim Ministru, Sigmundur David Gunnlaugsson.
Id-dokumenti tal-Panama Papers li ħarġu fil-pubbliku żvelaw evażjoni tat-taxxa mifruxa fuq skala globali u li implikat lil diversi politiċi ewlenin tal-Iżlanda. Ir-riżenja ta’ Gunnlaugsson, wara li l-leak kien żvelat f’April, kien l-ewwel każ fejn mexxej politiku ewlieni spiċċa jċedi l-kariga b’rabta mal-iskandlu.
Issa, il-Prim Ministru Iżlandiż attwali, Sigurdur Ingi Johannsson,li kien ħa post Gunnlaugsson, ikkonferma li l-elezzjoni bikrija fl-Iżlanda għandha ssir fid-29 ta’ Ottubru.