Wara li lbieraħ kollox kien qed jindika li t-trasferiment ta’ Justin Haber ma’ Floriana falla, fl-aħħar sigħat saru numru ta’ laqgħat mill-ġdid bejn il-partijiet kollha interessati u jidher li kien hemm żviluppi importanti.
Dawn il-laqgħat wasslu biex mill-ġdid infetħet trattattiva li wasslet biex Floriana laħqu ftehim u ġew solvuti d-differenzi kollha li kien Hemm.
Dan ifisser li fil-ħin li ġej, sakemm ma jkunx hemm żviluppi ġodda, Floriana jħabbru lil Justin Haber bħala l-goalkeeper ġdid tagħhom!
//= $special ?>