Minkejja li jonqos anqas minn 20 ġurnata għal Settembru, ix-xahar li fih sippost se jasal it-tanker tal-gas f’Malta mis-Singapore, il-Prim Ministru Joseph Muscat jibqa’ jaħrab mill-mistoqsija tal-ġurnasti ta’ Net News – Kemm-il sena se jdum it-tanker tal-gas fil-bajja ta’ Marsaxlokk?
Il-mistoqsija f’moħħ il-poplu Malti, dwar il-perjodu taż-żmien ta’ kemm se jdum sorġut fil-bajja dan it-tanker, ilha tberren għal żmien twil – propju minn meta t-tanker tal-gass li hu twil daqs tlett grawnds tal-futbol ġie imwiegħed fl-aħħar elezzjoni ġenerali ta’ tliet snin ilu.
Fil-ġimgħat li għaddew; il-Prim Minsitru Joseph Muscat, iċ-Chief of Staff tiegħu Keith Schembri u l-Ministru bla portafoll Konrad Mizzi, telgħu s-Singapore biex jinawguraw dan t-tanker – iżda minkejja dan il-Prim Minsitru Joseph Muscat ma kienx kapaċi jirrispondi mistoqsija sempliċi u li l-poplu Malti għandu d-dritt li jkun jaf t-tweġiba. Il-poplu Malti qed jidħalla fil-għama – u b’hekk ħadd għadu ma jaf kemm dan it-tanker tal-gass massiċ se jdum sorġut fil-bajja ta’ Marsaxlokk.
//= $special ?>