Lokali

Il-PN iniedi Paġna fuq Facebook għall-Festi tal-Indipendenza

Il-Partit Nazzjonalista nieda Paġna ġdida fuq Facebook, fejn qed tingħata informazzjoni dwar il-Festi tal-Indipendenza 2016.

Il-Festi se jiġu ċċelebrati bejn is-17 u l-20 ta’ Settembru fuq il-Fosos tal-Furjana, b’numru ta’ attivitajiet li jilħqu l-gosti tal-familja kollha.

B’dan il-ħsieb, il-Partit Nazzjonalista nieda din il-Paġna, li fiha se jkun hemm dettalji dwar l-attivitajiet kollha matul l-erbat ijiem, kif ukoll dawk ta’ qabel il-Festi nfushom.

Fil-Paġna, se jittellgħu wkoll ritratti u filmati tal-attivitajiet infushom.

Wieħed jista’ jżur din il-Paġna ġdid fl-indirizz www.facebook.com/indipendenzamalta.