Is-serial killer Britanniku Peter Sutcliffe, magħruf bħala The Yorkshire Ripper, mistenni joħroġ dalwaqt mill-isptar psikjatriku ta’ Broadmoor biex jiskonta l-priġunerija l-ħabs, bħal priġunieri oħra. Dan wara li esperti mediċi ddeċidew li hu, issa, jinsab mentalment f’sikktu ‘biex jidħol fir-rutina tal-ħabs’.
Tribunal tas-saħħa iddeċieda li Sutcliffe, fost l-aktar qattiela infami fi żmenijiet moderni, ma jeħtieġx jgħaddi aktar minn trattament għall-problemi psikjatriċi, wara li għamel żmien taħt osservazzjoni minħabba tendenzi skiżofreniċi.
Fl-1981, Sutcliffe kien instab ħati dwar 13 il-omiċidju u seba’ attentati ta’ omiċidju, fejn kien weħel 20 sentenza ta’ ħabs għal għomru.
Issa, it-‘trasferiment’ ta’ Sutcliffe irid ikun approvat mill-Ministeru tal-Ġustizzja Britanniku, bil-proċess ħalli ‘hu jispiċċa l-ħabs bħal priġunieri oħra’ kapaċi jiffranka madwar 250,000 Sterlina fis-sena lill-awtoritajiet.
Sutcliffe kien wettaq il-kaċċa qattiela tiegħu għan-nisa bejn l-1975 u l-1980 fejn kien jattakka lill-vittmi tiegħu f’Yorkshire u l-inħawi ta’ Greater Manchester. Ħafna mill-vittmi tiegħu spiċċaw imbiċċra u msawwtin sal-mewt.
Issa, kelliema għall-Ministeru tal-Ġustizzja għamluha ċara li Sutcliffe – li riċentement insista li jibdel ismu għal Peter Coonan ( u li fir-ritratt jidher mal-ħin tal-arrest, snin ilu ) – għandu jibqa’ l-ħabs għat-tul taż-żmien. Fil-fatt, l-istqarrija sostniet li ‘l-brutalità tar-reati tar-Ripper għandha tfisser li hu mgħandu qatt jingħata l-libertà.’
//= $special ?>