Marsascala Nutrition Empire għaddew għal finali tal-BOV Knock-out meta mingħajr tbatija għelbu lil Otters Nivea 18-8. Marsascala kienu aħjar mill-avversarji f’kull ħin tal-logħba u r-riżultat hu xhieda ta’ dan. Marsascala jistennew l-avversarji tagħhom fil-finali meta għada jilagħbu Ta’ Xbiex Amigos kontra Marsaxlokk Fischer.
Partita tajba għal diversi plejers ta’ Marsascala fosthom Clyde Bonello, Gabor Kovacs u Otis Zammit li kollha skurjaw erba’ gowls. Minn naħa l-oħra għal Otters skurjaw żewġ gowls kull wieħed Luke Hyzler, Gabriel Mizzi, Marko Jelaca u Matteo Cacici.
//= $special ?>