Il-Kandidat Presidenzjali tad-Demokratiċi fl-Istati Uniti Hillary Clinton fl-aħħar siegħat ppubblikkat id-dokumenti tagħha tat-taxxa f’mossa intiża sabiex iżżid il-pressjoni fuq il-kandidat Repubblikan Donald Trump sabiex dan jagħmel l-istess.
Id-dokumenti juru li Hillary Clinton u r-raġel tagħha, l-eks President Amerikan Bill Clinton, għamlu l-fuq minn għaxar miljun dollaru Amerikan fi qliegħ bejniethom fis-sena 2015 li fil-maġġor parti ġej minn qliegħ mill-interessi kummerċjali tal-koppja Clinton, konsulenzi, qliegħ minn drittijiet fuq kotba u attivitajiet li fihom kellhom jitkellmu. L-istess dokumenti juru wkoll donazzjoni ta’ madwar miljun dollaru lill-Clinton Foundation li fl-aħħar ġimgħat kienet fil-mira ta’ bosta attakki tal-kandidat Repubblikan Donald Trump.
Fl-Istati Uniti t-tradizzjoni li l-kandidati Presidenzjali jippublikkaw id-dokumenti tagħhom tat-taxxa tmur lura għall-1973 meta l-President Richard Nixon ħa dan il-pass għal ewwel darba.
S’issa Trump għadu ma’ ppubblikax id-dokumenti tiegħu tat-taxxa.
//= $special ?>