Donald Trump, il-kandidat tal-Partit Repubblikan, li, f’Novembru, se jikkuntesta għall-Presidenza tal-Istati Uniti, deher jirtira mill-kummenti li għadda ftit tal-jiem ilu, fejn kien irrefera għall-President Amerikan, Barack Obama u għal Hillary Clinton, il-kandidat rivali tal-Partit Demokratiku, bħala ‘fundaturi tal-grupp ISIS’.
Sadanittant, il-Partit Repubblikan Amerikan qed jipprova juri li hu ‘magħqud’ wara Donald Trump, meta stħarriġ ġdid wera li l-kandidat tagħhom – li kemm il-darba spiċċa fl-inkwiet minħabba l-istil ta’ attakki tiegħu fuq l-avversarji politiċi – qiegħed jaqta’ lura, f’termini ta’ appoġġ, f’numru ta’ Stati Amerikani.
Issa, Donald Trump, li kien qed jindirizza rallies rispettivi f’Erie u Altoona, it-tnejn fl-Istat ta’ Pennsylvania, qal li ‘r-rimarki tiegħu dwar Obama u Clinton bħala fundaturi tal-ISIS kienu sarkastiċi’. Dan wara li hu kien ħareġ l-ewwel darba bl-allegazzjoni nhar l-Erbgħa u baqa’ jirrepetiha tul il-ġimgħa.
Intant, l-aħħar stħarriġ ta’ opinjoni qed jindika li Hillary Clinton kabbret il-vantaġġ fuq Trump fl-Istati ta’ Colorado, Virginia u North Carolina. Dan waqt hi qed iżżomm il-vantaġġ fuq Donald Trump fl-Istat ta’ Florida.
//= $special ?>