Il-Ministru Michael Farrugia għażel li jinsulenta lill-ġurnalisti meta kien qed jiġi mistoqsi dwar l-allegati każi ta’ abbuż fir-residenza San Vincenz de Paul.
Fl-aħħar jiem saru allegazzjonijiet minn eks-Uffiċjal f’San Vincenz, fost oħrajn dwar negliġenza fit-trattament ta’ xi anzjani u dwar diskriminazzjoni bejn ħaddiema u anzjani stess skont il-kulur politiku.
Wara li NETnews.com.mt staqsa lill-Ministru Michael Farrugia biex ikun ċar u jgħid jekk hux se jissospendi lill-Kap Eżekuttiv tar-residenza sakemm jintemmu l-investigazzjonijiet neċessarji, il-Ministru nfexx f’tgħajjir fil-konfront tal-ġurnalisti, bi kliem bħal “arroganti” u “injurant”.
NETnews.com.mt talab ukoll ir-reazzjoni tal-Ministru għal storja żvelata minn dan is-sit stess ftit tal-ħin ilu, fejn ġiet ippubblikata karta li turi istruzzjonijiet biex jinżammu xi sodod vojta fuq talba diretta tal-Kap Eżekuttiv. Iżda minflok ma qalilna jekk hux se jkun qed jieħu passi dwar dan il-każ, il-Ministru talabna l-“fingerprints”. Ara x’qalilna dwar dan il-każ billi tagħfas hawn.
//= $special ?>