Fi stqarrija l-Partit Demokratiku ħeġġeġ lill-Awtorita tal-Ambjent sabiex tappella d-deċiżjonijiet riċenti li ttieħdu favur bini ta’ torrijiet, qabel ma seħħ dak li ġie mwiegħed fl-aħħar House Business Committee fejn il-Ministru Edward Zammit Lewis f’ isem il-Gvern, wiegħed li ‘ masterplan’ f’ dan ir-rigward kellha titlesta, tiġi diskussa bil-konsultazzjoni meħtieġa qabel ma jitla’ bini ta’ din ix-xorta.
Il-Partit Demokratiku staqsa kif ġa ladarba ma jezistix masterplan ħolistiku nazzjonali, kif tista’ l-ERA isserraħ moħħ il-poplu Malti, li jqisha t-tarka f’ dan il-qasam ,illi l-ambjent u s-sostenibilita’ tiegħu hija salvagwardjata?
Staqsa wkoll għaliex il-korrispondenza tal-Profs Victor Axiaq ma ġietx ippubblikata kollha filwaqt li esprima fiduċja individwali fil-Profs Axiaq.
“Il-poplu jixraqlu li l-fatti jiġu ċċarati minnufih u li l-ERA taqdi r-rwol li nħolqot għalih” ttemm tgħid l-istqarrija tal-Partit Demokratiku.
//= $special ?>