Internazzjonali Sport

Judoka Eġiżżjan f’nofs kontroversja fl-Olimpjadi

Fl-Olimpjadi li qegħdin isiru f’Rio de Janeiro fil-Brażil kien hemm mument ta’ kontroversja politika meta l-judoka Eġiżżjan Islam El Shehaby mar kontra t-tradizzjoni fl-isport tal-judo u rrifjuta li jieħu b’idejn i-rirval tiegħu Or Sasson li hu mill-Iżrael.

Sasson kien għadu kif għeleb lil Shehaby f’partita mhux missielta wisq meta kif hi t-tradizzjoni mar biswit ir-rival tiegħu sabiex jeħodlu b’idejh. Iżda Shehaby irrifjuta u minflok meta jxengel rasu filwaqt li resaq lura. Mossa li wasslet għal disapprovazzjoni ċara minn naħa ta’ l-adjenza. Kellu jkun ikun l-intervent tar-referee sabiex Shehaby ġie mġiegħel josserva r-regoli u almenu jsellem b’rasu lil Sasson.

Kelliem għall-Federazzjoni Internazzjonali tal-Judo Nicolas Messner iżda sostna li l-fatt li seħħet il-logħba bejn dawn iż-żewġ pajjiżi kien diġa progress filwaqt li spjega li l-attitudni ta’ Shehaby kienet ser tkun investigata.

Minn naħa tiegħu il-kap tal-Kumitat Olimpiku Eġiżżjan saħaq li d-delegazzjoni mmexxija minnu ma’ kienetx ser tħalli li l-politika titħallat ma’ l-isports.

Fl-istorja ta’ l-olimpjadi mhijiex l-ewwel darba li partita bejn pajjiż Għarbi u l-Iżrael spiċċat fiċ-ċentru ta’ kontroversji simili.