Fis-Sirja ġellieda ribelli bl-appoġġ ta’ l-Istati Uniti ħadu l-kontroll tal-belt ta’ Manbij qrib il-fruntiera mat-Turkija. Belt li kienet kkontrollata mill-ġellieda tal-ISIS li waslu sabiex anke użaw iċ-ċivili għad-difiża tal-Belt fl-attentat li jżommu l-kontroll.
Fil-ħidma ta’ liberazzjoni r-ribelli ħelsu ma’ l-elfejn ostaġġ li kien qiegħed jinżamm mill-militanti tal-ISIS.
It-telfa ta’ Manbij qegħda titqies bħala daqqa ta’ ħarta kbira għal militanti ta’ l-ISIS minħabba l-importanza strateġika tal-belt minħabba mal-posizzjoni tagħha mal-fruntiera Torka.
Uffiċjali Amerikani saħqu li ġa la darba l-ħidma f’Manbij tintemm għal kollox iċ-ċirkostanzi jkunu jippermettu li jsir assalt kontrol Raqqa, l-kapitali ta’ l-ISIS, fejn hija mistennija battalja qawwija.
//= $special ?>