Raġel armat b’sikkina ta n-nar lil ferrovija fil-Grigal tal-Iżvizzera, fost rapporti li sitt persuni, fosthom tfajjel ta’ sitt snin, jinsabu rikoverati l-isptar għall-ġrieħi li ġarrbu – uħud minnhom dovuti għal daqqiet ta’ sikkina.
L-aggressur suspettat, Zvizzeru ta’ 27 sena, ukoll kellu jittieħed l-isptar wara l-inċident qrib ta’ Salez, fil-kanton ta’ San Gallen. Ir-rapporti qalu li r-raġel deher iqabbad xi likwidu fuq il-ferovija qabel uża s-sikkina biex jattakka lin-nies ta’ quddiemu.
Ma kien hemm l-ebda konferma dwar ‘l-iskop wara l-aġir tar-raġel’, bil-pulizija jinsabu għaddejjin bl-investigazzjonijiet intensivi. L-aħħar rapporti intant qalu li numru fost il-midruba ta’ fuq il-ferrovija jinsabu f’kundizzjoni serja.
Jidher li l-attakk seħħ f’ħin meta l-ferrovija avviċinat l-istazzjon ta’ Salez (bejn l-ibliet ta’ Buchs u Sennwald), u meta kien hemm ftit għexieren ta’ passiġġieri abbord.
Filwaqt li mhemm l-ebda informazzjoni ċara li turi każ konkret ta’ terroriżmu, numru ta’ pajjiżi Ewropej jinsabu fuq allert għat-tip ta’ attakki magħrufa bħala lone wolf u li qed imexxu individwi għall-għarrieda u ‘għall-kawża militanti tal-ISIS’.
Dan wara sensiela ta’ inċidenti tipiċi fil-Ġermanja u b’mod partikulari fi Franza.
//= $special ?>