L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Lukandi u Ristoranti appellat lill-Assoċjazzjoni tal-Piloti sabiex tuża l-forza tar-raġuni fil-kwistjoni mal-Air Malta u mhux l-argument tal-forza għaliex b’hekk, is-sitwazzjoni tkompli tiggrava ruħha.
Fi stqarrija, l-MHRA qalet li min-naħa l-oħra mhux sew li l-piloti jitħallew jistennew erba’ ġimgħat u ħeġġet lill-management tal-linja nazzjonali tal-ajru sabiex issir laqgħa mar-rappreżentanti tal-piloti mill-iktar fis possibbli.
L-MHRA qalet li kwalunkw azzjoni li tista’ tagħmel ħsara lill-industrija tat-turiżmu trid tkun evitata u kwalunkwe azzjoni industrijali li ttellef l-operat tal-Air Malta jista’ jkollha impatt fuq l-ekonomija Maltija.
L-Assoċjazzjoni kompliet li hu fid-dmir taż-żewġ naħat li tinstab soluzzjoni li tkun ġusta għal kulħadd. Jekk dan ma jistax iseħħ, l-MHRA sostniet li l-kwistjoni għandha tmur għall-arbitraġġ.
//= $special ?>