Il-Qrendi raħal ċkejken imma fit-tmiem il-ġimgħa se jkun qed joffri spettaklu uniku… lejlet Santa Marija.
Il-Qrendin ilhom għal din l-aħħar sena jippreparaw għall-ispettaklu Conquest of Darkness… nar sinkronizzat mal-mużika. Fost oħrajn se jinħarqu blalen, sfejjer, forom u bosta elementi pirotekniċi oħrajn li huma magħmula bi preċiżjoni u ta’ kwalita.
Minbarra dan in-nar ser ikun hemm ukoll ħarqa ta’ nar oħra nhar il-festa b’mod partikolari fil-ħruġ tal-purċissjoni kif ukoll waqt id-dħul tal-vara.
//= $special ?>