L-inċident li seħħ il-ġimgħa l-oħra fil-Port il-Kbir dwar il-ħabta bejn tliet bastimenti qrib ix-Xatt Laboratorju, fejn lanċa tas-sajd spiċċat mgħerrqa mal-moll, ġiet irrapurtata fil-media Taljana. Dan hekk kif il-lanċa tas-sajd bl-isem ta’ Angela Arcella hi l-propjeta’ ta’ kumpanija minn Salerno fin-naħa t’isfel tal-Italja.
Hekk rappurtat il-media Taljana, ġie mifhum li l-familja Salernitana Gallo li tilfet il-bastiment tagħha sofriet danni kbar f’dan l-inċident. Is-sit metropolisweb.it rraporta li skont is-sorsi tagħha, il-persuna li kienet fit-tmun tal-bastiment MV Maria ġie distratt b’telefonata – bil-konsegwenza li l-vapur MV Maria spiċċa daħal ġol-lanċa Angela Arcella waqt li kien qed jimmanuvra l-lanċa b’tali mod li jirmonkaha mal-moll.
Wara dan l-episodju, s-sit tal-aħbarijiet Taljana qalet li bħalissa f’pajjiżna għaddejja investigazzjoni mill-awtoritajiet Maltin dwar kif seħħ dan l-episodju, u l-elementi li wasslu biex l-Angela Arcella spiċċat f’qiegħ il-port.
Stqarrija ta’ Transport Malta qalet li l-vapur MV Maria ħabat ukoll ma’ tielet vapur, Union, li sofra danni strutturali iżda inqata’ mill-irbit wara l-ħabta.
Il-lanċa tas-sajd li għerqet kienet qed iġġorr ħut tal-għalf. Wara li għaddasa mqabbda mill-Qorti aċċertaw li ma hemm ħadd abbord u li mhux ħiereġ materjal li jniġġeż, il-Maġistrat inkwirenti ħeles il-lanċa u bdiet il-ħidma biex tittella’ minn qiegħ il-baħar.
Il-familja Gallo, li sfat b’bastiment mgħarraq, hi wkoll il-propjetarja’ ta’ kumpanija Taljana ‘Tonno Rosso’, u hi rreġistrata f’Salerno.