Ġimgħatejn minn meta ġiet żvelata storja mill-gazzetta Il-Mument dwar kif il-Ministru Anton Refalo kien jaf li se jsir xogħol ta’ bini ta’ rampa quddiem il-bieb ta’ residenza fi Triq il-Plejju f’Marsalforn, ma kien hemm l-ebda tweġba mill-Ministru ta’ Għawdex Anton Refalo.
Il-gazzetta Il-Mument qalet li issa qed tiżvela wkoll li l-Ministru Anton Refalo kien jaf sew b’xogħlijiet oħra biex jinbena parapett twil tul il-faċċata kollha tad-dar fi Triq il-Plejju. Dan, tkompli tgħid Il-Mument, sar mingħajr il-permessi meħtieġa tal-awtoritajiet konċernati.
Il-Mument tirrapporta kif dan ix-xogħol, ta’ parapett quddiem din id-dar fi Triq il-Plejju f’Marsalforn, wassal biex kellu jitwaqqaf ħesrem xogħol ieħor li kien għaddej fuq il-bankina, b’mod minflok il-bankina baqgħet għaddejja minn quddiem din ir-residenza, minflokha nbena l-parapett.
Qabel il-parapett, kienet inbniet ukoll rampa b’mod irregolari. Il-Mument fakkret li fl-24 ta’ Lulju li għadda, l-Ministru Anton Refalo kellu laqgħa fil-post tard filgħaxija ma’ xi ħaddiema. L-għada filgħodu, dawn għamlu x-xogħol fuq ir-rampa quddiem residenza privata fi Triq il-Plejju f’Għawdex, liema xogħol sar ukoll mingħajr il-permessi mill-awtoritajiet konċernati.
Aktar dettalji fil-gazzetta ‘Il-Mument’
//= $special ?>