Raġel li ilu mejjet għal dawn l-aħħar 36 sena rċieva ittra mingħand il-Gvern biex jaġġorna l-informazzjoni dwar l-impjieg tiegħu.
Ir-raġel, Mario Farrugia miet fl-1980. Il-mara tiegħu, Frances Farrugia, għaddiet kopja tal-ittra li rċeviet lil NETnews.com.mt.
L-ittra intbgħatet mid-dipartiment ‘Jobsplus’, li qed jagħmel “eżerċizzju ta’ tindif u aġġornament tar-rekords biex taċċerta li l-informazzjoni li għandha tirrifletti eżatt il-qagħda attwali”.
Mario Farrugia, li wara 36 sena mejjet irċieva ittra indirizzata lilu, kien miet fl-età ta’ 25 sena wara sentejn jaħdem bħala xufier.
Kieku għadu ħaj, Mario Farrugia llum għandu 61 sena. Frances Farrugia, l-armla ta’ Mario, għandha 59 sena. Ma’ NETnews.com.mt esprimiet id-diżappunt dwar il-mod kif kellha tirċievi din l-ittra, indirizzata lir-raġel tagħha.
Għalkemm iż-żmien ifejjaq, il-mara ta’ Mario, Frances, spjegat li wara l-mewt tar-raġel tagħha, ma reġgħatx iżżewġet u baqgħet armla. Matul is-snin rabbiet it-tfal weħidha u llum hi nanna ta’ tnejn.
//= $special ?>