Raġel Somalu li għandu 26 sena ġie mressaq il-Qorti, wara li ġie arrestat b’pussess ta’ madwar 40 biċċa ta’ sustanza kannella suspettata raża tal-kannabis. Din is-sustanza instabet moħbija ġewwa pakkett tas-sigaretti u kienet lesta biex tiġi traffikata ġewwa Paceville.
L-iskwadra ta’ Kontra d-Droga tal-Pulizija qabdet lir-raġel fil-lejl tat-13 t’Awwissu.
Illum ir-raġel tressaq quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Francesco Depasquale – fejn is-Somalu wieġeb li mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih, fejn ma ngħatax il-ħelsien mill-arest.
L-investigazzjoni tal-Pulizija fuq il-każ għadhom għaddejin.
//= $special ?>