Il-gazzetta Il-Mument ippubblikat ritratti li jixhdu l-istat ta’ abbandun li tinsab fiha l-Għassa tal-Pulizija taż-Żurrieq, b’ġrieden u wirdien ma’ kullimkien.
L-Għassa taż-Żurrieq tinsab f’binja li tmiss mal-Knisja Parrokkjali u tikkonsisti f’bini antik ħafna li qed jagħmilha impossibbli li l-Pulizija jaħdmu fiha. L-Għassa mhux biss hi mneżża mill-aktar affarijiet essenzjali f’post tax-xogħol, bħal per eżempju arja kkundizzjonata, iżda saħansitra tinsab fi stat ta’ abbandun, bil-ħitan fejn il-fili li ilhom ħafna li waqgħu u spiċċaw.
Il-gazzetta Il-Mument qalet li filwaqt li f’Għasses oħra, f’lokalitajiet iżgħar, fosthom dik ta’ Marsaxlokk, kienet installata sistema ta’ arja kkundizzjonata, sistema bħal din fl-Għassa tal-Pulizija taż-Żurrieq għadha ferm ‘il bogħod milli ssir realta’.
L-artiklu ta’ Il-Mument jgħid li l-iskuża prinċipali għal dan kollu hi li l-Għassa xi darba se tittieħed f’post ieħor – fil-Berġa li tmiss mal-istess binja – u għalekk, is-sistema se titwaħħal hemm.
Intant, il-Mument tirrapporta kif il-Pulizija kollha fl-Għassa taż-Żurrieq huma rrabbjati dwar il-mod kif qed ikunu stmati. Il-Mument qalet li tant kemm is-sitwazzjoni hi gravi u serja, li fil-post qed issir spezzjoni regolari minn ħaddiema tal-‘pest control’ minħabba kwantita’ kbira ta’ ġrieden u wirdien.
Il-Mument kkwotat sorsi li qalu li anke l-karozza tad-Distrett hi fi stat ħażin u dan minkejja li ftit ilu, il-Ministru responsabbli mill-Pulizija Carmelo Abela ftaħar li kien qed jgħaddi numru ta’ karozzi ġodda fl-Għases tal-Pulizija.

Aktar dettalji fil-gazzetta ‘Il-Mument’
//= $special ?>