Lokali

Mara ta’ 46 sena tittieħed l-Isptar wara inċident fil-Marsa

Mara ta’ 46 sena miż-Żejtun ittieħdet l-isptar wara li aktar kmieni dalgħodu għall-ħabta tal-ħamsa u kwart ta’ filgħodu seħħ inċident bejn żewġ karozzi,Vauxhall Corsa misjuqa minn raġel ta’ 23 sena residenti il-Fgura filwaqt li l-oħra, Hyundai Accent, kienet misjuqa minn raġel ta’ 52 sena miż-Żejtun li flimkien miegħu kien hemm l-istess mara.

Mill-aħħar informazzjoni, il-mara jidher li ġiet iċċertifikata li ġarbet xi ġrieħi ħfief. Il- pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet.