Iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri u l-Ministru Konrad Mizzi, flimkien mal-Prim Ministru Joseph Muscat li baqa’ jiddefendihom, ma jistgħu qatt iqassmu l-ġid ta’ pajjiżna b’mod ġust. Il-verita’ hi li Joseph Muscat huwa maqtugħ mir-realtajiet tal-familji u n-negozji Maltin u Għawdxi, iżda ffukat biss fuqu u dawk viċin tiegħu li qed iħaxxnu buthom minn fuq it-taxxi tal-poplu Malti u Għawdxi.
Hekk stqarr il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija, b’reazzjoni għall-intervent tal-Prim Ministu Joseph Muscat li għamel fuq One Radio il-Ħadd filgħodu.
Joseph Muscat qal li fil-mira a’ dan il-Gvern Laburista fil-kumplament tal-leġislatura hi li jkompli jkabbar il-ġid filwaqt li jkompli jara kif il-iġd jitqassam aktar fost il-kategoriji kollha tal-pajiż.
Iżda l-Partit Nazzjonalista stqarr li Joseph Muscat mhuwiex jwettaq dak li qed iwiegħed – u kliemu mhu qed jisarraf fix-xejn. L-inazzjonijiet ta’ Joseph Muscat juru xorta oħra.
Fit-tmexxija tal-pajjiż, il-poplu Malti u Għawdxi għandu żewġ individwi li moħħhom biss fil-kumpaniji sigrieti li fetħu fil-Panama, li bdew jinfetħu biss ħamest ijiem wara l-aħħar elezzjoni ġenerali, u li nfetħu biex fihom jitfgħu s-senserija. Il-Partit Nazzjonalista temm jgħid li l-poplu Malti u Għawdxi jixraqlu ferm aħjar.
//= $special ?>