Lokali

Murtali mżejjna bil-Pokemon!

L-entużjasti tan-nar f’Ħal Għargħur għażlu li jżejjnu x-xogħol tan-nar li se jinħaraq fil-festa bid-diversi mostri tal-Pokemon.

Pikachu, Charmander, Jigglypuff u oħrajn spiċċaw stampati fuq id-drapp li fih qed jinżamm xi xogħol tan-nar li se jkun qed jinħaraq fil-festa ta’ San Bartilmew Appostlu.

Naturalment, dan ma jfissirx li fl-ajru se naraw xbieha ta’ Pikachu jew tal-mostri l-oħra… iżda r-ritratt intlaqa’ tajjeb ħafna fuq il-media soċjali, b’ħafna jfaħħru lill-entużjasti tan-nar għall-oriġinalità u s-sens umoristiku tagħhom.

pokemon 2