Lokali

Tfajla ta’ 17 -il sena fil-periklu tal-mewt

Illum għall- ħabta tal-ħamsa  ta’ filgħodu fi Triq Durumblat, il-Mosta, seħħ inċident li sfortunatament ħalla tfajla ta 17 -il sena fil-periklu tal-mewt.

L-inċident seħħ meta għal xi raġuni s-sewwieq tal-vettura tat-tip Toyota Vitz, żagħżugħ ta’ 21 sena mill-Pieta’ tilef il-kontroll tal-karozza u saq fid-direzzjoni ta’ ħajt li jinsab fl-istess triq. Flimkien mal-pulizija tad-distrett issejħet ukoll ambulanza li ħadet b’mod immedjat lit-tfajla ta’ 17 -il sena l-isptar Mater Dei.

Aktar tard is-sewwieq ta’ 21 sena ttieħed l-isptar u ġie ċċertifikat li ġarrab xi ġrieħi ħfief. Għaldaqstant it-tfajla ġiet iċċertifikata li tinsab fil-periklu tal-mewt.